L-Għanja tal-Għażżien Awturi: Danjeli u Justin Galea Kompożituri: Danjeli u Justin Galea Grupp: Danjeli u Justin Galea Qam bla xogħol, m'għandux għaliex igorr, għażżien, sa nofsinhar jibqa id-dar, jitrejjaq b'bicca ħobż, Iħoss li għandu x'jagħmel, passiġġata sal-każin, sakemm jgħaddi naqra ħin... Xbintu qaltlu "imxi miegħi, illum nixtri jien, immorru sal-buskett. Hemmhekk ma jdejqek ħadd, ta' kuljum saret praċett. Rasek fuq kuxtejja, għajnejk magħluqin, strieħ u insa' d-dinja, f'din l-għalqa tal-peprin." Xemx, int u nieżla, fil-baħar kiesaħ ta' lejla xitwija, saħnilna wiċċna, dawwal kull m'hemm lewn is-serħan. Id-dijja tiegħek hija biżżejjed, u anke aktar għalina, biex kull fejn nirfsu, kull fejn nistrieħu, ikun id-dar. Żgur, Gakob, dan l-aħħar sigarett. Duħħan hemm flok is-sħab: kollox perfett. Fit-triq rajtu iħuf, kien wahdu f'nofs ta' lejl, kien sejjer lejn xi dar, min jaf ta min, min jaf sa fejn. Ġiet, ġabritu, minn fuq l-għatba, qaltlu "tlaqna 'l hemm, issa tinkwieta xejn, nmorru lejn il-baħar, u hemmhekk ngħaddu dan il-lejl. Intelaq fuq kuxtejja, u ħares ftit 'l fuq, tista tħoss it-tisbitta: tat-teatrin l-għeluq. Xemx, int u nieżla, fil-baħar kiesaħ ta' lejla xitwija, saħnilna wiċċna u dawwal kull m' hemm lewn is-serħan. Dawwal mgħodija fi triq imċajpra, f'dal-baħar imqalleb, biex kull fejn nirfes iżżommni kuntent, iżżomni ferħan.