L-EVANĠELJU tad-19 ta' Diċembru Ferja Privileġġjata tal-Avvent (Sena C) Lq1, 5-25Biex tista' tnizzel dan il-Video ghall-uzu tieghek, tista' tistalla l-programm Real Player minn hawn: www.real.com Is-Siltiet tal-Vangelju mehuda mill-Bibbja bil-Malti minn hawn: www.tarxienparish.org Ir-Riflessjonijiet addattati u maqluba ghall-Malti bl-uzu ta' dan is-sit: www.rc.net L-Ewwel Lezzjoni: Mħalfin 13, 2-7. 24-25a Salm 70, 3-6ab. 8. 16-17 Evanġelju: Luqa 1, 5-25 [Lq:1:5] Fi żmien Erodi, sultan tal-Lhudija, kien hemm qassis jismu Żakkarija, mit-taqsima ta' Abija; martu, li kien jisimha Eliżabetta, kienet minn ulied Aron. [Lq:1:6] It-tnejn kienu nies ġusti quddiem Alla u jimxu bla nuqqas ta' xejn skond il-preċetti u l-kmandamenti kollha tal-Mulej. [Lq:1:7] Ulied ma kellhomx, għax Eliżabetta ma setax ikollha, u t-tnejn kienu mdaħħlin fiż-żmien. [Lq:1:8] Mela ġara li Żakkarija kien qiegħed jaqdi dmiru ta' qassis quddiem Alla, għax kien imissha t-taqsima tiegħu, [Lq:1:9] u, skond id-drawwa tal-liturġija, ntgħażel hu bix-xorti biex jidħol ġewwa fis-santwarju tal-Mulej ħalli jaħraq l-inċens. [Lq:1:10] Waqt ir-rit ta' l-inċens, il-kotra kollha tal-poplu kienet qiegħda titlob barra. [Lq:1:11] U deherlu anġlu tal-Mulej, wieqaf in-naħa tal-lemin ta' l-artal ta' l-inċens. [Lq:1:12] Żakkarija, malli rah, tħawwad u waqa' biża' fuqu. [Lq:1:13] Imma l-anġlu qallu: "Tibżax, Żakkarija, għax it-talba tiegħek instemgħet: martek Eliżabetta se tagħtik iben, u inti ssemmih Ġwanni. [Lq:1:14] Din tkun
...